Tal-anqas 14-il persuna inqatlu fi sparatura f’ċentru ta’ servizzi soċjali f’San Bernardino fl-istat ta’ California fl-Istati Uniti.
Tal-anqas 3 persuni armati daħlu fiċ-ċentru u fetħu n-nar fuq min ġie quddiemhom. Mill-ewwel informazzjoni jidher li min spara rnexxielu jaħrab u fil-preżent għaddejja tfittxija għal dawn il-persuni li minn xhieda li rawhom ġew deskritti bħala 3 irġiel lebsin uniformi militari. Minbarra l-mejta hemm ukoll tal-anqas 14 persuna oħra midruba.
L-awtoritajiet ta’ San Bernardino la kkonfermaw u l-anqas ċaħdu jekk dan hux attakk terroristiku jew le.
It-tfittxija għall-dawk li sparaw għadha għaddejja.
Ritratt: BBC
//= $special ?>