Mark Zuckerberg, il-moħħ wara facebook, u martu Priscilla Chan iċċelebraw it-twelid ta’ tifla billi ħabbru li kienu se jagħtu 99 fil-mija tal-ishma tagħhom fis-sit soċjali lill-karità.
Zuckerberg ta l-aħbar f’ittra li poġġa fuq il-kont tiegħu ta’ facebook lil bintu li għadha kemm twieldet u li ngħatat l-isem Max. Hu qal li kienu se jagħtu kważi l-ġid kollu tagħhom lil Chan Zuckerberg Initiative għaliex riedu jagħmlu l-parti tagħhom biex binthom titrabba f’dinja aħjar.
Id-donazzjoni li taw hi ekwivalenti għal 45 biljun dollaru. Id-donazzjoni mhix se ssir f’salt imma tul is-snin. Minkejja dan, hu stmat li Zuckerberg xorta se jkollu somma ġmielha biex jgħix biha filwaqt li l-ġid ta’ martu mhux magħruf.
Max twieldet il-ġimgħa li għaddiet imma t-twelid tħabbar din il-ġimgħa.
Zuckerberg se jagħti kważi l-ġid kollu tiegħu
