Lokali

Filmat: 75 vettura ghall-irkant għall-Istrina

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-75 vettura li ntużaw waqt iċ-CHOGM u s-Summit tal-Migrazzjoni jinsabu għall-wiri fl-MFCC f’Ta’ Qali hekk kif is-Sibt imorru għall-irkant li parti sostanzjali mid-dħul tiegħu se jmorru għall-Istrina.

Il-karozzi huma s-saloon S60 u l-SUV XC60 tal-għamla Volvo. Il-prezz inizzjali tal-karozza S60 hu ta’ €30,500 filwaqt li l-prezz għall-XC60 jibda minn €32,500 B’kollox hemm 20 vettura S60 u 55 XC60.

L-irkant jibda fl-10a.m. is-Sibt iżda xerrejja prospettivi għandhom jirreġistraw mit-8.30 sakemm jibda l-irkant.

Il-karozzi mhux se jkollhom VAT u taxxa ta’ reġistrazzjoni. Jekk is-sidien ibiegħu il-vettura qabel hames snin ohra, is-sid il-ġdid ikollu jħallas it-taxxa tar-reġistrazzjoni u l-VAT fuq il-karozza.

Ara aktar fil-filmat t’hawn taħt.