Lokali

Filmat: Il-Kampanja ‘Qalb Furjaniża, Qalb Ħanina’

Fil-bidu ta’ Novembru l-Kunsill Lokali tal-Floriana nieda kampanja b’risq is-solidarjeta’ bl-isem ta’ Qalb Furjaniża, Qalb Ħanina. Għal din l-ewwel sena l-flus li se jinġabru f’isem din il-kampanja se jmorru għall-Community Chest Fund, f’Jum l-Istrina. Din il-kampanja tnediet wara mozzjoni tal-Kunsillier tal-PN James Aaron Ellul, sekondat minn Matthew Paris.

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali Furjaniż qal li l-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li permezz tiegħu, il-Furjaniżi, jingħaqdu lkoll flimkien biex iwettqu l-karita’, dan isservi biex kull entita’ Furjaniża jaħdmu id f’id biex jwettqu s-solidarjeta’. Il-Floriana hija lokalita’ li ta’ kuljum tilqa’ ħafna nies fiha, ħabba x-xogħol u kull attivita’ oħra. Fil-Floriana wkoll ta’ kull sena jsiru wkoll bosta attivatijiet tal-massa dawk ta’ divertiment, dawk reliġjużi u anke dawk politiċi, il-Floriana hija l-lokalita’ li hija fiċ-ċentru tal-għaqda.

B’din il-kampanja l-lokalita’ tal-Floriana u l-Furjaniżi fi ħdanha qed jittamaw li jiġbru somma sabiħa għall-Istrina u li l-flus miġbura jintużaw għal dawk kollha li huma fil-bżonn. Għalhekk huma l-bosta entitajiet u għaqdiet fil-lokalita’ li se jorganizzaw bosta attivitajiet li permezz tagħhom se jinġabru d-donazzjonijiet għal dan il-fond.

Għal din il-kampanja l-Kunsill Lokali tal-Floriana ħa ħsieb iħejji filmat b’messaġġ ta’ wħud mill-ħafna għaqdiet fil-Floriana. Għal dan ukoll ħadet sehem l-Eċċelenza tagħha, il-Presdent ta’ Malta Marie Louise Colerio Preca fejn tat il-messaġġ tagħha għal din il-kampanja.

Tista’ ssegwi l-filmat ta’ din il-kampanja permezz tal-paġna fuq Facebook: http://on.fb.me/1Ox6bpU jew hawn taħt.