Lokali Mużika

Ira Losco tirritorna għall-Eurovision b’żewġ kanzunetti

Ira Losco irritornat għall-Eurovision Song Contest hekk kif is-sit tvm.com.mt żvela l-lista ta’ kanzunetti li ġew sottomessi għal dan il-festival.

Iż-żewġ kanzunetti jisimhom ‘Chameleon (Invincible)’ u ‘That’s why I Love You’, u huma fost 49 kanzunetta li ntgħażlu minn fost lista itwal ta’ 153 sottomissjoni, żieda ta’ 19-il sottomissjoni fuq is-sena li għaddiet.

L-20 finalisti li se jikkompetu eventwalment se jitħabbru waqt il-programm ‘Xarabank’ biex imbgħad issir is-serata tas-semi-finali fit-22 ta’ Jannar. Il-finali ssir l-għada, fit-23 ta’ Jannar.

Ira Losco rrappreżentat lil Malta fl-2002, meta bil-kanzunetta ‘7th Wonder’ klassifikat fit-tieni post.