Internazzjonali

Jiżdiedu l-akkużati dwar it-terrur ta’ Pariġi

epa05036985 A Police officer and a soldier patrol in front of Brussels Stock Exchange, following the terror alert level being elevated to 4/4, in Brussels, Belgium, 22 November 2015. Belgium raised the alert status at Level 4/4 as 'serious and imminent' threat of an attack, the main effect are closing of all Metro Line in Brussels, all soccer match of league one and two cancelled countrywide. The Belgian government said it had concrete evidence of a planned terrorist attack that would have employed weapons and explosives. EPA/STEPHANIE LECOCQ

L-awtoritajiet fil-Belġju arrestaw u akkużaw żewġ irġiel oħra b’konnessjoni mal-attakki tat-13 ta’ Novembru mit-terroristi tal-ISIS f’Pariġi li kienu ħallew 130 maqtula u għexieren ta’ midruba.

L-aħħar rapporti qalu li wieħed mis-suspettati kien arrestat nhar il-Ħadd f’ajruport ta’ Brussell fejn kien qed jipprova jaqbad ajruplan lejn il-Marokk.

It-tieni suspettat spiċċa arrestat fl-istess jum meta kien fiz-zona ta’ Molenbeek ta’ Brussell. L-aħħar akkużi jtellgħu għal tmienja l-ammont tas-suspettati fil-Belġju li qed jiffaċċjaw akkużi speċifiċi b’konnessjoni ma’ azzjonijiet terroristiċi.

Ir-raġel li kien qed iħejji biex jaqbad l-ajruplan issemma bħala ‘parti mill-grupp’ ta’ Bilal Hadfi – it-terrorista li, fit-13 ta’ Novembru, tajjar lilu nnifsu fi triq wara li ma rnexxilux jidħol fis-Stade de France fejn kienet għaddejja l-logħba ta’ ħbiberija internazzjonali bejn Franza u l-Ġermanja.