Bejn Jannar u Settembru 2015, MAPFRE Middlesea irreġistrat l-akbar żieda f’ volum primjum fost il-pajjiżi fejn topera MAPFRE fl-Ewropa.
Id-dħul ta’ MAPFRE ammonta għal €1,339 miljun fiż-żona EMEA, li tinkorpora l-Ewropa, Il-Lvant Nofsani u l-Asja – żieda ta’ 45.9% fuq is-sena l-oħra. Din iż-żieda kienet immexxija minn tkabbir signifikanti
f’Malta, bi tkabbir ta’ 51.6% għal 188 miljun Ewro, fir-Renju Unit, b’żieda ta’ 23,7% għal 218 miljun Ewro u fit-Turkija bi tkabbir ta’ 22,8% għal 512 miljun.
Il-Linji diretti fl-Italja u l-Ġermanja ġew konsolitadi minn Ġunju 2015, wara li ġew akwistati minn MAPFRE. Flimkien, dawn iż-żewġ pajjiżi ikkontribwixxew €207 miljun fi primjum f’erba’ xhur. F’disa’ xhur MAPFRE irreġistrat 175 miljun Ewro fl-Italja u €88 miljun Ewro fil-Ġermanja, inklużi f’operazzjonijiet ta’ riskji globali u assistenza.
Fiż-żona EMEA, MAPFRE topera f’dsatax il-pajjiż. Ir-reġjun jikkontrubwixxi għal 7.2% tal-primjum globali ta’ MAPFRE.
Bejn Jannar u Settembru 2015, il-kumpanija MAPFRE irreġistrat dħul ta’ 20,587 miljun Ewro, żieda ta’ 6,8% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. Il-primjum żied b’5,4% għal 17, 341 miljun Ewro. L-akbar tkabbir kien reġistrat f’bejgħ ta’ poloz mhux fuq assigurazzjoni fuq il-ħajja u riassigurazzjoni. Profitti qabel it-tnaqqis ta’ taxxa amontaw għal 1,162 miljun ewro, tnaqqis ta 16,2% meta ikumparat ma l-istess perjodu tas-sena l-oħra.
//= $special ?>