Il-Gvern Żvediż taċ-ċentru-xellug ressaq proposta li tippermettilu jagħlaq il-Pont ta’ Oresund li qed jgħaqqad il-belt ta’ Malmo ma’ Kopenhagen, il-kapitali tad-Danimarka.
Il-pont, li fetaħ fl-2000, iservi bħala simbolu viżibbli tal-integrazzjoni Ewropea waqt li hu l-itwal aċċess għall-karozzi u l-ferroviji fl-Ewropa.
Intant, l-inizjattiva biex jintalab permess għall-għeluq tal-pont waqt emerġenza jenfasizza l-bidla drammatika fil-politika tal-Iżvezja rigward l-immigrazzjoni u s-sigurtà.
Dan meta, fl-aħħar snin, l-Iżvezja kienet fost l-aktar pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li aċċettat refuġjati li qed ifittxu kenn politiku — bl-ammonti tal-immigranti fil-pajjiż,din is-sena, jqarrbu l-200,000 fost il-piż enormi għas-servizzi pubbliċi.
//= $special ?>