Lokali Qorti

Akkużat li kellu pjanta tal-kannabis fil-kamra tas-sodda

Matthew Mark Anthony McDonnell, żagħżugħ ta’ 33 sena mir-Renju Unit u residenti l-Mellieħa, tressaq il-Qorti akkużat bi tkabbir ta’ pjanta tal-kannabis fil-kamra tas-sodda tiegħu.

L-Ispettur Dennis Theuma, li qed imexxi l-Prosekuzzjoni, spjega fil-Qorti kif l-akkużat adatta l-ispazzju tal-kamra tas-sodda b’tali mod li l-pjanta illegali tkun tista’ titkabbar.

Ir-raġel wieġeb li mhux ħati għan-numru ta’ akkużi fil-konfront tiegħu relatati mat-tkabbir tal-pjanta.

Il-każ tmexxa mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, li semgħet kif il-Pulizija saret taf bit-tkabbir ta’ din is-sustanza.

Ma seta’ jkun hemm l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-akkuża ma tikkwalifikax għaliha.

F’isem l-akkużat dehru l-Avukati Marion Camilleri, Franco Debono u Angie Muscat.