Għall-ewwel darba wara sentejn, il-vulkan Etna fi Sqallija żbroffa. Fis-sigħat li għaddew, il-vulkan produċa duħħan u trab b’splużjonijiet qawwija, li wassal għal xenarji mill-isbaħ.
L-Etna hu l-itwal vulkan fl-Ewropa, b’tul ta’ 3,329 metru u ilu attiv għal 2.5 miljun sena. Illum il-ġurnata, il-villaġġi u l-lokalitajiet tal-madwar huma protetti b’fossos u mezzi oħra ta’ protezzjoni.
//= $special ?>

