Futbol

Floriana favoriti kontra Qormi

Floriana jibdew favoriti għal dan il-konfront kontra wieħed mit-timijiet li qiegħed fin-naħa ta’ isfel
tal-klassifika. Il-Furjaniżi għaddejjin minn mument pożittiv, u minkejja t-telfa fl-aħħar partita kontra Hibernians, dan ma jnaqqasx il-mertu tal-progress li Floriana għamlu f’dawn l-aħħar ġimgħat.
It-telfa kontra Hibs fissret it-tieni telfa mill-aħħar ħdax-il partita iżda l-wirja kienet pożittiva bl-unika punt negattiv ikun li wara taqsima brillanti b’tattika preparata mill-kowċ bravu Luis Oliveira, fit-tieni taqsima Floriana batew biex ilaħħqu mal-pressjoni ta’ Hibernians.

Il-konfront kontra Qormi ser ikun differenti għal Floriana, li mistennija jikkmandaw il-logħob iżda jridu joqogħdu attenti mill-progress li għamlu Qormi fil-prestazzjonijiet bl-unika problema tkun l-aktar importanti dik tal-punti. Wara ħames partiti fit-tmexxija tat-tim, il-kowċ Johann Scicluna kiseb żewġ punti iżda skorjaw f’erba’ partiti, sinjal pożittiv li Qormi jridu jagħfsu għaliex bil-problema fl-attakk. B’Terence Vella imweġġa’ wara li ġie operat aktar kmieni din il-ġimgħa u d-difensur Noah Ojuola sospiż, l-iskwadra ta’ Qormi tkompli tiċkien.

Floriana ser ikollhom żgur nieqes lill-gowlkiper Matthew Calleja Cremona kif ukoll lid-difensur Jurgen Pisani li weġġa’ fl-aħħar logħba u għad irid jiġi definit iż-żmien li ser ikun nieqes mill-azzjoni wara testijiet li saru.

L-ewwel rawnd: Floriana v Qormi 3-0 – Mario Fontanella 30’ pen, Steve Bonnici 72’, Andrea Scozzese 77’

Aktar fil-gazzetta t’għada tan-Nazzjon.