Il-Gvern mhux jagħti każ li l-esportazzjonijiet naqsu f’dawn l-aħħar sentejn. Il-valur tal-esportazzjonijiet f’Ottubru ta’ din is-sena baqgħet fuq l-istess livell tal-perjodu korrispondenti tal-2014 u ħafna aktar baxxi milli fl-istess perjodu fl-2013.
Iż-żieda żgħira fil-valur tal-esportazzjonijiet matul Ottubru toffri ftit jew xejn konsolazzjoni għall-eluf ta’ ħaddiema li l-għixien tagħhom jiddependi fuq l-industrija tal-manifattura, industrija li bħalissa qed tiffaċċja bosta sfidi. Dan ukoll lanqas biss qed joffri kumdità għall-300 impjegat ta’ De La Rue li se jispiċċaw bla xogħol. Dan se jiġri minħabba proċess ta’ ristrutturar li l-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar bħala investiment.
Din mhix l-ewwel darba li l-Gvern qed juża għażla selettiva u interpretazzjoni manipulata fl-istatistiċi għall-aspett politiku. Il-Gvern ta’ spiss qiegħed juża statistiċi u jdawwarhom favur tiegħu meta dawn ikun jixhdu mod ieħor. Il-Gvern naqas milli jsemmi ż-żieda fil-prezzijiet tal-fuel.
L-istatisktika li ħarġet mill-Eurostat ilbieraħ tgħid li l-volum ta’ kummerċ fl-UE f’Ottubru żdied bi 3.1% meta mqabbla ma’ Ottubru 2014. Il-Kummerċ f’Malta fl-istess perjodu żdied bi 3.0 fil-mija, eżatt taħt il-medja tal-UE. Il-bejgħ f’Malta matul l-istess perjodu naqas bi 3.4 fil-mija li huwa t-tieni l-akbar tnaqqis fl-UE. Il-Gvern baqa ma naqqasx il-prezz tal-petrol u d-diżil minkejja t-tnaqqis fil-prezz internazzjonali taż-żejt li din il-ġimgħa niżlet eqreb lejn $40 dollaru kull barmil.
Il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-Gvern biex jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq il-ħtiġijiet reali fis-settur tal-manifattura milli minflok jdawwar dawn l-istatistiċi għall-punti politiċi u kif ukoll minflok isservi l-poplu b’mod ġenerali, qed isservi biss il-bżonnijiet ta’ dawk li huma qrib il-Partit Laburista.
//= $special ?>

