Newsdesk

Newsdesk jiddiskuti l-governanza tajba

Id-diskussjoni tal-lum waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar il-governanza tajba.

Il-Partit Nazzjonalista se jinsisti li Muscat iżomm ma’ kliemu stess u jippubblika l-kuntratti kollha li ffirma sa issa fis-sentejn u nofs li ilu fil-Gvern, fostom: il-kuntratt sħiħ ta’ Henley & Partners, l-kuntratti ma’ Sadeen dwar il-bini fiż-Żonqor, il-kuntratt ta’ kiri fit-towers f’Raħal Ġdid bejn Transport Malta u GWU, il-kuntratt ta’ kiri bejn l-ARMS u l-GWU dwar il-kirja tal-binja fil-Belt Valletta, il-kuntratt mal-Autobuses de Lyon u l-ftehim li hemm iffirmat mal-Vitalis dwar il-privatizzazzjoni tal-Isptarijiet Karin Grech, San Luqa u dak Ġenerali ta’ Għawdex

NEWSDESK: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew tibgħat e-mail fuq studio@radio101.com.mt.