Lokali

Anġela Agius, persuna nieqsa mis-smigħ tingħata l-premju Dun Mikiel Azzopardi

Anġela Agius, persuna nieqsa mis-smigħ ingħatat il-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2015. F’Ġunju li għadda, Anġela għalqet ħamsin sena, propju f’għeluq il-Ħamsin Anniversarju tat-twaqqif tad-Dar tal-Providenza, id-Dar li kienet waħda mit-tarġiet importanti li għenu biex Anġela waslet fejn hija llum. Il-fatt li Anġela sabet persuni li emmnu fiha, emmnu fil-potenzjal tagħha, emmnu fil-ħolma tagħha u fuq kollox emmnu fl-importanza tal-indipendenza tagħha għen sabiex hija setgħet issarraf id-diżabilità tagħha f’abbiltà pożittiva ta’ kwalità’ ta’ ħajja aħjar fil-komunità.

Il-kunċert u l-preżentazzjoni tal-Premju Dun Mikiel Azzopardi saru taħt il-patroċinju distint tal-E.T. il-President tar-Repubblika, Mrs Marie Louise Coleiro Preca li kienet rappreżentata mir-raġel tagħha s-Sur Edgar Preca u l-E.T. l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna. F’kelmtejn li għamel, Mons Arċisqof irringrazzja lil Anġela, li għalkemm nieqsa mis-smigħ, kienet preżenti u l-preżenza tagħha kienet preżenza sabiħa.