L-irkant tal-karozzi Volvo S60 u XC60 użati waqt is-Summit tal-Migrazzjoni u ċ-CHOGM f’Novembru li għadda ġabar is-somma ta’ €390,000 b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca irringrazzjat lill-pubbliku li kkonkorra għal din l-attivita’ li wasslet biex tinġabar din is-somma sabiħa kif ukoll lill-importaturi tal-vetturi Volvo, l-irkantatur Pierre Grech Pillow u t-Task Force taċ-CHOGM li għamlu dan l-irkant possibbli.
B’kollox kien hemm 75 karozza – 20 saloon S60 u 55 SUV XC60 – li kienu rkantati fl-MFCC Ta’ Qali b’risq il-Malta Community Chest. Il-Prezzijiet bdew minn €30,500 għal S60 u €32,500 għal XC60. Possibilita’ li s-somma tiżdied hekk kif għad fadal xi vetturi li baqgħu ma nbiegħux.
//= $special ?>