Lokali

Il-PN jappella lill-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS Reno Bugeja biex jieqaf jiġi kkontrollat minn Kastilja

Il-Partit Nazzjonalista qed jappella lill-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS Reno Bugeja biex jieqaf jigi kkontrollat minn Kastilja.

Dan l-appell sar mill-Kelliem tad-Drittijiet taċ-Ċitaddin Clyde Puli dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-bini tal-PBS, fid-dawl tad-deċiżjoni tal-awtorita’ tax-xandir li il-PBS naqas meta ma rrapurtax b’immedjatezza it-theddid ta’ Joe Debono Grech fil-Parlament.

Clyde Puli kien akkumpanjat minn Matthew Paris, l-avukat li deher għall-Partit Nazzjonalista.

Clyde Puli qal li sfortunatament il-lejalta’ tal-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS mhux qed tkun lejn it-telespettaturi imma lejn Kastilja.

Clyde Puli żied li is-sentenza tal-awtorita’ tax-xandir hi biss waħda minn sensiela ta’ ġrajjiet li jikkonfermaw kemm il-PBS tilef kull kredibilta’ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ bilanċ u imparzjalita’ u semma numru ta’ eżempji li jikkonfermaw dan.

Fost dawn il-manipulazzjoni tal-aħbar ta’ din il-ġimgħa dwar it-tkeċċija ta’ 300 ħaddiet mill-kumpannija De la Rue.