Il-mandat ta’ arrest għal Raffaele Sica huwa null. Skont il-media f’Salerno, l-awtoritajiet Maltin ma tawx raġuni għal dan l-arrest. U għalhekk it-Taljan ta’ 49 sena spicca inheles mill-ħabs.
Sica kien imfittex mill-Pulizija Maltija fuq akkuzi li daħħal f’pajjiżna ‘il fuq minn kilo droga marijuana.
Il-mandat ta’ arrest ghal Sica hareg f’Settembru li għadda. Meta ġie arrestat, huwa kien fid-dar ma’ ommu.
Mal-ewwel bdew il-proċeduri mill-avukati tiegħu biex iwaqqgħu dan l-arrest għaliex Sica minn dejjem sostna li kien bla bażi. U issa jidher illi l-Pulizija f’Malta ma produċietx biżejjed raġunijiet sabiex tissostanzja din it-talba għall-arrest biex Sica jiġi estradit lejn pajjiżna.
L-akkużi fil-konfront ta’ Sica kienu nibtu minn testimonjanza ta’ Taljan ieħor f’Malta. Dak iż-żmien, Raffaele Sica kien qed imexxi restorant f’pajjiżna.
Issa jidher li l-każ spiċċa għal kollox, u Sica mhux se jkun estradit lejn Malta.
//= $special ?>