Filmat
Tfajla spiċċat qabżet għoli ta’ madwar sular għal ġo bitħa ta’ residenza privata wara li allegatament raġel prova jistupraha.
Netnews.com.mt tkellem mas-sidien tad-dar fejn qabżet it-tfajla u qalulna li f’ħin minnhom, għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija semgħu ħoss qawwi u għajjat.
Kien f’dan il-mument li t-tfajla qabżet għal ġol-bitħa. Imweġġa’, it-tfajla qamet u daħlet ġod-dar tgħajjar għall-għajnuna. Fl-istess ħin, ir-raġel li allegatament stupraha, niżel u beda jħabbat u jistaqsi biex ikellem lit-tfajla.
Is-sidien qalulna li mill-ewwel ċemplu għall-assistenza tal-Pulizija, li waslu fuq il-post ftit tal-minuti wara fejn aktar tard arrestaw lir-raġel għal aktar stħarriġ.
Fuq il-post marret ukoll ambulanza li ħadet lit-tfajla l-isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi li ġarrbet.
//= $special ?>

