Lokali

Therese Comodini Cachia tinsisti għall-azzjoni dwar l-ugwaljanza fis-soċjeta’

Meta kienet qed tindirizza s-sessjoni plenarja tal-parlament Ewropej fi Brussell, l-Ewroparlamentari tal-PN Therese Comodini Cachia qalet li hu ta’ diżappunt li pajjiżi membri tal-UE mhux qed diżommu keltmhom dwar l-ugwaljanza.

Dwar Malta hi qalet li l-PL wieħed li dan se jkun l-aktar gvern femminista izda fir-realtà l-gvern naqqas il-parteċipazzjoni tan-nisa f’pożizzjonijiet pubbliċi ta’ tmexxija.

L-Ewroparlamentari Dubravka mill-Grupp tal-Popolari Group espremiet it-tħassib tagħha u semmiet il-fatt li f’Malta 60 fil-mija tal-gradwati huma nisa iżda dan mhux rifless fil-karigi fis-soċjetà.

Therese Comodini Cachia qalet li llum ħadd ma jista’ jġib l-iksuża li m’hawnx nisa kwalifikati fis-soċjetà jew li s-soċjetà mhix favur l-ugwlajanza. Hi ġabet eżempju b’Malta fejn il-poplu eleġġa iktar ewroparlamentari nisa minn irġiel.