Żewġ persuni li kienu passiġġieri fuq karozza tal-linja, ittieħdu l-Isptar Mater Dei, wara li x-xufier tal-karozza tal-linja tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’siġra fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16.00 fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.
Mill-ewwel investigazzjoni jidher li għal xi raġuni ix-xufier tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li baqa’ dieħel b’impatt qawwi f’siġra. Kawża ta’ dan l-inċident partijiet mis-siġra spiċċaw f’nofs ta’ triq.
Fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili u membri mill-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa għalkemm ma jidhirx li ġarrbu ġrieħi serji.
//= $special ?>