Żviluppi fil-każ tas-Segretarju Parlamentari Ian Borg u l-propjeta li qed jiżviluppa fir-Rabat. L-Ombudsman jistabilixxi li Ian Borg u l-MEPA użaw metodi ta’ ingann u deliberati fl-applikazzjoni għal żvilupp ta’ propjeta fir-Rabat. L-ingann sar meta fl-applikazzjoni tniżżel missier Ian Borg u l-project manager Renald Azzopardi bħala s-sidien tal-post minflok l-istess Ian Borg, li fil-ftat hu s-sid propja.
Dan kien żvelat fil-ġurnal The Malta Independent li ppubblikat dettalji tar-rapport tal-Ombudsman dwar dan il-każ; liema rapport kien mgħoddi lill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni biex tinvestiga. Jirriżulta li r-rapport tal-Ombudsman jistabilixxi wkoll li d-Development Permit Application Report magħmul mill-MEPA ħalla numru ta’ affarijiet barra u jinkludi varjazjonijiet.
L-Ombudsman qal li ma jistax jingħad li dawn in-nuqqasijiet huma żbalji umani iżda saru apposta bl-iskop li jneħħu l-uniku ostaklu li kien hemm għall-ħruġ tal-permess għall-bini fiż-żona sensittiva tal-wied pittoresk tal-Wied ta’ Santa Katarina fir-Rabat.
Jirriżulta li fl-applikazzjoni ta’ Ian Borg, il-MEPA ħalliet barra l-fatt li l-iżvilupp jinkludi bini f’żona ġdida. Dan filwaqt li fl-2012, l-istess MEPA kienet bis-saħħa kontra żvilupp minn persuna oħra li applika għal żvilupp fuq l-istess art ġdida indikata minn Ian Borg.
L-Uffiċċju tal-Ombudsman stabilixxa li l-ilment li ressqet persuna li sostniet li l-MEPA użat proċeduri rregolari biex l-applikazzjoni ta’ Ian Borg kienet approvata hu ġustifikat. Jirriżulta li meta elenkat l-istorja tal-każ, il-MEPA m’għamlet l-ebda riferenza għar-rifjut li kien hemm qabel. Il-plot lanqas biss issemmiet fit-text tar-rapport tal-MEPA u minflok is-sit hu deskritt bħala bini eżistenti.
Dwar min hu verament is-sid tal-post, l-Ombudsman sostna li dan hu nuqqas tekniku u hu stramb kif Ian Borg għażel dan il-metodu ta’ ingann biex jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu.
Meta kkuntattjat mill-uffiċċju tal-ombudsman biex jkkonferma jekk hux konxju li saret applikazzjoni għal żvilupp minn persuna li ma kienx is-sid, Ian Borg wieġeb li minħabba li għandu ħafna x’jagħmel hu qabbad lil Renald Azzopardi bħala Project Manager biex jippreżenta l-applikazzjoni u biex ikun responsabbli li jsegwi korripsondenza mal-MEPA u jikkomunika mal-perit repsonasbbli mill-proġett. Dwar missieru, Ian Borg qal li missieru kien l-aġent tiegħu u għalhekk ried ikun informat b’kull korrispondenza fin-nuqqas tiegħu.
L-akbar nuqqas, isostni l-Ombudsman, hu li l-mod dubjuż kif il-MEPA tat il-permess meta applikazzjoni mis-sid ta’ qabel fl-2012 kienet rifjutata. Dan iwasssal għall-allegazzjonijiet li l-permess maħruġ lil Ian Borg inħareġ b’mod irregolari.
Dwar dan il-każ kemm l-uffiċċju tal-Ombudmsan kif ukoll il-Kummisjsoni Kontra l-korruzzjoni kienu qed jinvestigaw l-istess ilment u għalhkek ikkordinaw bejniethom dwar il-parametri ta’ dawn l-investigazzjonijiet.
Intant il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li dak li ġie żvelat minn The Malta Independent on Sunday dwar ‘devious and deliberate methods’ li ntużaw mis-Segretarju Parlamentari Ian Borg u mill-MEPA biex jinħareġ permess għal żvilupp fi proprjeta’ tal-istess membru tal-Kabinett ta’ Muscat, huwa xokkanti u skandaluż.
Il-Partit Nazzjonalista qal li l-fatt li wara li jiġu żvelati dawn il-fatti, Muscat jagħżel is-silenzju flok l-azzjoni, huwa diġa’ skandaluż. Muscat għandu jieħu azzjoni dwar is-Segretarju Parlamentari Ian Borg.
Jekk Muscat ma jieħux azzjoni, il-poplu Malti u Għawdxi jara b’mod ċar l-ipokrezija tal-Prim Ministru ttemm tgħid l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>