Wara l-aħbar li żvelat The Malta Independent dwar is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, il-Prim Ministru Joseph Muscat naqas milli jirreaġixxi għal dan il-każ, waqt li kien qed jitkellem fil-Każin Laburista tal-Imqabba.
Il-każ hu dwar kif l-Ombudsman stabilixxa li Ian Borg u l-MEPA użaw metodi ta’ ingann u deliberati fl-applikazzjoni għal żvilupp ta’ propjeta fir-Rabat.
In-nuqqas ta’ reazzjoni mill-Prim Ministru għal din l-aħbar, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li Muscat qed jagħżel is-silenzju minflok l-azzjoni, xi ħaġa skandaluża, u Muscat għandu jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Ian Borg.
Meta kien qed jindirizza ġemgħa partitarji Laburisti, il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista ma jridx jitkellem dwar l-Ekonomija ta’ pajjiżna, u li l-PN jibża jitkellem fuq l-ekonomija.
Minkejja din l-istqarrija, il-Partit Nazzjonalista ftit tal-ġimgħat ilu nieda dokument bl-isem ‘Ekonomija għan-Nies’, l-ewwel dokument ekonomiku minn oppożizzjoni F’pajjiżna. Ftit qabel, il-Partit Nazzjonalista kien nieda wkoll id-dokument ta’ qabel il-budget, intitolat ‘Tkabbar sostenibbli u dinjita’ għal kulħadd’.
Hekk kif fil-ġimgħat li għaddew Muscat kompla jsiefer f’pajjiżi barranin, bħall-Alġerija, biex ibigħ il-passaport Malti, stqarr li jħossu kburi li jissejjaħ ‘sales man’.
//= $special ?>