Nar f’container mimli kartun f’Ħal Far qiegħed joffri sfida iebsa lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
Vetturi tat-tifi tan-nar mill-istazzjon ta’ Ħal Far marru fuq il-post għal ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar sabiex jikkombattu n-nar.
Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin joħorġu l-kartun jaqbad mill-container sabiex ikunu jistgħu jitfugħ b’suċċess.
//= $special ?>

