Franza llum ser tivvota f’elezzjonijiet reġjonali. L-ewwel elezzjonijiet sa mill-attakki mdemmija f’Pariġi fit-13 ta’ Novembru li fihom ġellieda tal-ISIS qatlu 130 ruħ.
Elezzjoni li ħafna qegħdin jaraw bħala test ta’ approvazzjoni għal gvern ta’ Francois Hollande. Il-Partit tal-lemin estrem Front Nazzjonali minn naħa tiegħu qiegħed jimmira għal riżultat pożittiv filwaqt li analisti politiċi qegħdin ibassru li ser ikun il-Partit Repubblikan ta’ Nicolas Sarkozy li ser jirbaħ maġġoranza ta’ reġjuni.
Fl-aħħar stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika il-Partit Repubblikan u l-Front Nazzjonali kellhom madwar 30% appoġġ filwaqt li l-Partit Soċjalista għandu madwar 22% appoġġ u huwa mistenni jitlef numru ta’ reġjuni.
Madwar 44 miljun persuna huma eleġġibli li jivvotaw.