Diversi partijiet tar-reġjunijiet jinsabu taħt l-ilma wara għargħar kbar ikkawżati mill-maltempata mlaqqma ‘Storm Desmond’.
L-agħar milqut kien ir-reġjun ta’ Cumbria fejn in-nies kellhom ikunu evakwati minn djarhom minħabba l-għargħar.
Minħabba l-ħsara mill-maltemp, diversi rotot bil-ferrovija kienu sospiżi u toroq magħluqa. L-għargħar kienu mistennija jilħqu l-qofol tagħhom il-Ħadd.
Skont il-Met Office, xi reġjuni f’temp ta’ 24 siegħa, f’xi reġjuni niżlet xita daqskemm issoltu tinżel f’xahar.
F’Wales kien reġistrat riħ bil-qawwa ta’ madwar 100 kilometru fis-siegħa u saret ħafna ħsara lill-provista tal-elettriku b’mijiet jispiċċaw mingħajr provvista.
Skont uffiċjali tat-tbassir tat-temp, il-maltemp se jkompli u miegħu se jġib aktar xita. Għalhekk inħarġu mijiet ta’ twissijiet ta’ għargħar madwar ir-Renju Unit u l-forzi ta’ emerġenza tpoġġew fuq l-allert biex ikunu lesti jintervjenu.
Iz-zoni li jinsabu taħt għassa partikolari huma f’Appleby minħabba x-Xmara Eden, f’Kenswick, minħabba x-Xmara Greta u f’Kendal minħabba x-Xmara Kent.
Għargħar kbar fir-Renju Unit
