‘Id-Dokument, Nibnu Fiduċja Ġdida fil-Politika, li jinkludi iktar minn 100 proposta għal gvernar tajjeb huwa paġna importanti fl-istorja politika ta’ pajjiżna li se jagħti nifs ġdid lill-politika Maltija’. Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fid-diskors tiegħu waqt it-tnedija tad-dokument ‘Nibnu Fiducja Gdida fil-Politika’.
Simon Busuttil spjega li dan id-dokument huwa xhieda li llum l-Oppożizzjoni hija gvern alternattiv u fakkar li d-dokument tfassal wara li l-poplu tilef l-fiduċja tiegħu fil-politiċi wara l-iskandli li ħammġu l-politika.
Meta kien qed jitkellem dwar il-kapitlu dwar id-demokrazija, Simon Busuttil sfida lill-Prim Ministru biex jirtira l-kawża li għażel li jibqa jkarkar biha fil-Qorti u li wasslet biex il-PN ma jiħux iż-żewġ siġġijiet li jixraqlu fil-Parlament.
Meta kien qed jiffoka fuq it-trasparenza, Simon Busuttil iddikkjara li huwa jagħżel li jkun iktar korrett u mhux iktar korrott mill-Gvern ta’ Joseph Muscat.
Huwa għalhekk li hemm ħtieġa ta’ iktar standards ogħla – standards li, kif saħaq il-Kap tal-Oppożizzjoni, għandhom jorbtu kemm lil Gvern Nazzjonalista kif ukoll lil Gvern Laburista.
Dan huwa dokument, saħaq Simon Busuttil, li juri qabża ‘l quddiem fil-kwalita, dokument li jaqta’ linja mill-iżbalji tal-PN u mill-ħnizrijiet ta’ dan il-Gvern u jagħti nifs ġdid lill-politika. Dokument li għandu jerġa’ jrawwem il-fiduċja taż-żgħażagħ fil-politika.
//= $special ?>