Gazzetti

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-GAZZETTI LLUM IL-ĦADD 6 TA’ DIĊEMBRU 2015

IL-MUMENT illum tiżvela kif fi 30 xahar ingħataw aktar minn 55,000 Visa lil Libjani. Il-Mument titkellem ukoll dwar it-tnedija mill-PN ta’ dokument dwar governanza tajba. Il-Mument llum b’intervista esklussiva ma’ Suor Cristina, s-soru Taljana li kisbet fama fl-aħħar xhur u li dan ix-xahar ser tkun qed tgħati kunċert f’Malta.

IL-KULLĦADD, il-gazzetta uffiċjali tal-Partit Laburista, minn naħa tagħha tgħid li fil-konfront ta’ Malta ma’ saret ebda kritika b’rabta mas-sospensjoni tar-regoli tax-Schengen.

ILLUM tiżvela kif il-ħlas lill-immigranti li jinġabru għax-xogħol mill-Marsa huwa ta’ tlett Ewro fis-siegħa. L-istess gazzetta tikkwota lil preżentatur tal-programm Xarabank jiddikjara li kemm ilu fil-gvern il-Partit Laburista qatt ma’ ndaħal fil-kontenut tal-programm.

MALTATODAY minn naħa tagħha titkellem dwar il-kumpanija Taljana li għandham tirċievi ħlas b’rabta mal-proġett tad-daħla tal-Belt u tgħid li minn naħa tagħha din il-kumpanija għandha tgħati flus lil numru ta’ kumpaniji Maltin. Il-MaltaToday titkellem ukoll dwar it-tnedija tad-dokument dwar governanza tajba mill-Partit Nazzjonalista.

THE MALTA INDEPENDENT titkellem dwar il-permessi ta’ l-iżvilupp li kiseb is-Segretarju Parlamentari Ian Borg fejn l-Ombudsman saħaq li kemm Borg kif ukoll l-MEPA użaw tattiċi deskritti bħala negattivi u bi ħsieb. Storja oħra wkoll titkellem dwar id-dokument ta’ governanza tajba mill-Partit Nazzjonalista li ser ikun mniedi llum.

IT-TORĊA titkellem dwar kif il-UNESCO tat l-approvazzjoni tagħha għall-proġett ta’ espansjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

THE SUNDAY TIMES tikwota lil Prim Ministru Joseph Muscat li saħaq dwar il-bżonn ta’ sforz aktar wiesgħa fil-konfront ta’ l-ISIS. Fi storja oħra tikkwota wkoll lill-Isqof t’Għawdex Mario Grech jgħid li l-knisja trid tkun aktar miftuħa għall-koppji divorzjati u koppji omosesswali.