Lokali

Issir Rally Favur il-Ħajja

Fil-Belt Valletta llum wara nofsinhar saret rally favur il-ħajja. Għal din ir-rally kien hemm preżenti Gianna Jessen, li salvat minn abort. Ħajjitha kellha ostakli fuq kull naħa – pero qed tuża dak li ġrala biex tispira u anke ssalva lill-oħrajn.

Għal din ir-rally kien hemm nies preżenti minn kull qasam soċjali, fosthom tobba, saċerdoti u żgħażagħ.

Din ir-rally4life bdiet minn quddiem Kastilja, b’mixja sa’ quddiem il-kon-katidral ta’ San Gwann sal-Parlament. U l-attivita’ ġiet fi tmiemha b’kant ta’ bosta kanzunetti kantati minn Gianluca u Joseph Bezzina biswit il-Parlament.