Inċident li seħħ għall-ħabta tal-12:15 fi Triq Sir Temi Zammit fl-Imġarr wassal sabiex mara ttieħdet l-isptar Mater Dei. Dan wara li inqabdet f’karozza li kienet involuta f’ħabta head-on.
Il-kundizzjoni medika tal-mara għadha mhijiex magħrufa għalkemm xhieda fuq il-post qalu li l-mara kienet tidher aġitata.
Fuq il-post marru wkoll il-Pulizija li għalqu t-triq fid-direzzjoni tal-Mosta.
//= $special ?>