Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco il-bieraħ wasal lura Malta wara li kien meħtieġ isirlu intervent mediku fil-kapitali Ingliża Londra.
Dan ħabbru l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta kien qiegħed jitkellem waqt it-tnedija tad-dokument tal-Partit Nazzjonalista ‘Nibnu fiduċja ġdida fil-politika’. Simon Busuttil sellem u awgura fejqan ta’ malajr lil Mario De Marco.
Mario de Marco kellha ssiru operazzjoni biex jitneħħielu tumur beninn fin-nervi tal-wiċċ; operazzjoni li saret b’suċċess.
//= $special ?>