Lokali

MPT tikkundanna l-aggressjoni fuq xufier tal-karozza tal-linja

Malta Public Transport permezz ta’ stqarrija kkundannat l-aggressjoni fuq xufier tal-karozza tal-linja li seħħet il-bieraħ filgħaxija. Il-Kumpanija qalet li hi ma titollera l-ebda forma ta’ abbuż u vjolenza fuq l-impjegati tagħha kemm jekk l-abbuż ikun b’mod fiżiku kemm jekk verbali. Il-Kumpanija saħqet li ser tkun qed tikoopera mal-Pulizija f’kwalunkwe nvestigazzjoni.

Il-karozzi tal-linja kollha tal-Kumpanija huma mgħammra b’cameras biex jgħinu lill-Kumpanija u lill-Pulizija jiġġieldu dan l-abbuż inaċċettabli fuq l-impjegati tagħha kompliet tispjega Malta Public Transport.

“Ta’ kuljum, l-impjegati tagħna jaħdmu bla heda biex jagħqdu lill-passiġġiera u biex jgħinuhom f’kull ma jkollhom bżonn meta jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku. Il-vjolenza u l-abbuż fuq l-impjegati tagħna jittieħdu bl-aktar mod serju. Ngħadru lix-xufier tagħna li kien qed jgħaqdi dmirijietu u ser noffru is-support kollu tagħna. Nixtiequ nirringrazzjaw lis-Sur Cassar Darien, lill-membri tal-pubbliku u lill-Pulizija li ntervjenew biex jgħinu lix-xufier”, qal Daniel Grech, Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport.