Hemm possibiltà li t-tifel ta’ 12-il sena, li fl-aħħar ġimgħat kien fl-aħbarijiet, reġa’ nqabad isuq.
Is-sit inewsmalta.com ippubblika filmat (isfel) tal-karozza BMW tinstaq f’post pubbliku qalb in-nies. Aktar tard, il-portal tvm.com.mt qal li skont il-Pulizija “m’hemm l-ebda prova li t-tifel ta’ 12-il sena reġa’ nqabad isuq”.
Madanakollu, is-sit inewsmalta.com kkwota sorsi li qalu li “t-tifel ġie segwit mill-Pulizija f’Ħal Far wara li rċevew rapport”.
Intant, f’kuntatt ma’ Netnews.com.mt, kelliema għall-Pulizija qalet li l-Pulizija daħlilha rapport ta’ persuna taħt l-età li kien qed isuq vettura, madanakollu mhux neċessarjament li kien it-tifel ta’ 12-il sena li ssemma’ fl-aħbarijiet fl-aħħar ġimgħat. “L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin”, sostniet il-kelliem għall-Pulizija.
Filmat: inewsmalta.com
//= $special ?>

