Lokali

Tnejn jispiċċaw l-isptar hekk kif tinqaleb karozza

Inċident li seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-2:30am fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ ra’ raġel ta’ 56 sena u mara ta’ 50 sena, t-tnejn residenti s-Siġġiewi, jġarrbu ġrieħi ħfief.

L-inċident seħħ hekk kif għal xi raġuni l-karozza misjuqa mir-raġel inqalbet.

Ir-raġel irnexxielu joħroġ waħdu mill-karozza waqt li l-passiġġiera kellha tinħareġ bl-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili. Fuq il-post isseħjet ambulanza li ħadet lit-tnejn l-isptar Mater Dei.