Il-GRTU u l-Assocjazzjoni tal-Komunita’ Kummerċjali ta’ Triq il-Merkanti huma mħassbin dwar iċ-ċaqlieq propost tal-Monti għall-parti ta’ fuq ta’ Triq il-Merkanti.
Fi stqarrija konġunta, iż-żewġ entitajiet qalu li huma għamlu investiment ta’ miljuni ta’ ewro fil-ħwienet tagħhom sabiex itejjbu n-negozju tagħhom. U issa ma jistgħux jiġu f’pożizzjoni li dan l-investiment jiġi fix-xejn.
Is-sidien tal-ħwienet qalu li hemm numru ta’ franchises internazzjonali importanti fi Triq il-Merkanti u dawn huma deċiżi li jirtiraw kemm-il darba il-monti jiġi rilokat quddiemhom.
Is-sidien madanakollu, jifhmu li l-bejjiegħa tal-monti iridu jaqilgħu l-għixien tagħhom u għalhekk qed jipproponu li l-bejjiegħa jerġgħu imorru quddiem is-suq tal-Belt fejn kienu ftit taż-żmien ilu. Is-sidien huma disposti wkoll li jitkellmu u jiddiskutu bil-għan li tinstab soluzzjoni.
//= $special ?>