Wara li ġimgħatejn ilu fuq Replay ġie żvelat li l-partita bejn Naxxar Lions u St. Andrews kienet qed tiġi investigata mill-MFA, issa jidher li hemm partita oħra li ntlagħbet din il-ġimgħa u skont uffiċjal ta’ kumpanija li tanaliżża ċ-ċaqlieq tal-imħatri seta’ kien hemm betting li ma jagħmilx sens.
Il-logħba ta’ nhar it-Tlieta li għadda bejn Naxxar Lions u Balzan, li ntrebħet minn dawn tal-aħħar bi skor ta’ 4-2, kienet irranġata u għandha tiġi investigata.
Akkuża serja minn Francesco Baranca, uffiċjal ta’ FederBet, li tanalizza ċ-ċaqlieq tal-imħatri online biex tasal għall-konklużjoni dwar jekk partita tkuns regolari jew le. F’intervista esklussiva lil Replay fil-Parlament Ewropew fi Brussell, l-għada li ntlagħbet din il-partita’, kien l-istess Baranca li rrimarka dwar din il-logħba.
Iktar tard f’laqgħa bejn l-istess Baranca u l-Integrity Officer tal-MFA Franz Tabone, dan tal-aħħar ikkonferma li partita li ntlagħbet lejliet kienet irregolari.
Għall-aħħar ġimgħat l-MFA kienet qed tinvestiga wkoll il-partita’ bejn Naxxar Lions u St. Andrews, u għalhekk Replay talab lil Franz Tabone għall-aħħar żviluppi dwar dan.
Mistoqsi wkoll dwar l-iżviluppi tal-aħħar ġimgħat, fejn kumpaniji tal-imħatri online bdew jaċċettaw imħatri fuq logħob tan-nisa u l-minors, Tabone qal li s’issa dan ma jinkwetahx u li hu stess attenda għal uħud minn dawn il-partiti offruti għall-imġatri online u ma nnota xejn irregolari.
//= $special ?>