Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sejjaħ għall-midja u fil-Kamra tal-Oppożizzjoni fil-Parlament sostna dak li qal aktar kmieni fl-istqarrija u laqa’ l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Simon Busuttil ħabbar li hu qatt ma kien infurmat minn sorsi uffiċjali li nfetħet inkjesta maġisterjali imma malli sar jaf ħa passi mill-ewwel, mhux biss billi ssospenda lix-xufier imma wkoll billi talab lil kumpanija li ġġib l-istess karozzi fejn instab li l-konsum tal-vetturi kien simili.
Ix-xufier, li skont il-proċeduri qatt ma jkollu x’jaqsam ma’ flus b’rabta mal-fjuwil tal-karozza uffiċjali, ċaħad l-akkużi.
//= $special ?>