L-istudenti universitarji jistgħu jibdew jikkontrobwixxu b’risq ir-riċerka li ssir mill-Universita’ ta’ Malta billi japprovaw li mill-istipendju tagħhom titnaqqas kontribuzzjoni minima ta’ ewro, €2 jew €5.
Din l-iskema ġdida hi inizjattiva tal-Kunsill Studenti Universitarji li bil-kollaborazzjoni tar-Research, Innocation and Development Trust tal-Universita’ ta’ Malta qed jaħdmu biex iqajmu iktar għarfien dwar ir-riċerka li qed issir fl-Universita’ ta’ Malta u l-importanza tagħha.
Fost ir-riċerka li għaddejja, hemm dik marbuta mal-prevenzjoni ta’ problemi fil-kliewi, kura għall-kanċer tas-sider, id-dijabete, u l-bidla fil-klima fost ħafna proġetti oħra importanti għas-soċjeta’.
Madankollu din ir-riċerka ġġib magħha prezz għoli ħafna u kien għalhekk li s-sena li għaddiet saret ukoll inizjattiva simili biex anke l-lecturers jikkontribwixxu mill-paga tagħhom. Din l-inizjattiva s’issa ħalliet dħul ta’ madwar €10,000.
Iżda l-KSU mhux se jieqaf hawn f’dak li għandu x’jaqsam ma’ inizjattivi b’risq it-trust ta’ riċerka, kif jispjega l-koordinatur tal-Edukazzjoni fi ħdan il-KSU, Ryan Falzon.
Għat-tnedija ta’ din l-inizjattiva kien hemm preżenti wkoll il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Therese Comodini Cachia, filwaqt li l-inizjattiva għandha wkoll l-appoġġ mill-Gvern.
//= $special ?>

