Lokali

Jaqa’ żewġ sulari u ma jiġrilu xejn!

Raġel minn San Ġiljan jista’ jikkunsidra lilu nnifsu fortunat wara li waqa “madwar żewġ sulari” u ma ġralu xejn.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Lapsi, fl-inħawi ta’ San Ġiljan.

Ir-raġel prova jidħol mill-bieb tal-komun tal-blokka fejn joqgħod, iżda jidher li għal xi raġuni ma rnexxilux. Skont kelliema tal-Pulizija, hu pprova jitla’ mal-ħitan iżda spiċċa biex waqa’ għal isfel.

Il-każ kien konfermat mill-Pulizija li qalu li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari, madanakollu qam u daħal id-dar qisu xejn m’hu xejn. Filfatt hu rrifjuta l-assistenza medika.