L-għaqdiet ambjentali qed jitolbu r-riżenja tas-Segretarju Parlamentari Ian Borg, wara l-aħbar żvelata dwaru, jiġifieri li hu u l-MEPA użaw metodi ta’ ingann fl-applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp ta’ bini fil-wied pittoresk ta’ Santa Katarina.
L-għaqdiet ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA), il-Friends of the Earth (FOE u r-Ramblers qed jitolbu wkoll għar-riżenja taċ-Chairman tal-MEPA Johann Buttigieg.
Fl-istqarrija tagħhom, l-għaqdiet ambjentali ddikkjaraw li l-pożizzjoni ta’ Ian Borg bħala Segretarju Parlamentari m’għadiex tennibbli.
Dan wara l-konklużjonijiet tal-Ombudsman, li fl-applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp fil-bini ta’ Ian Borg, kien hemm ingann.
“Jeħtieġ li nassiguraw il-kontabbiltà u t-trasparenza, u għaldaqstant qed nappellaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-MEPA biex jieħdu azzjoni mmedjata biex neliminaw dawn il-manipulazzjonijiet korrotti” iddikkjaraw l-għaqdiet ambjentali.
//= $special ?>

