Internazzjonali

Obama jwiegħed li se jeqred l-ISIS

F’diskors rari mill-Oval Office, il-President Amerikan Barack Obama għamel diskors lin-nazzjon b’reazzjoni għall-attakk terroristiku f’San Berdardino li ħalla 14-il persuna mejta minn koppja segwaċi tal-ISIS.

Hu ddikkjara li l-attakki kienu attakki terroristiċi u li l-Amerika se teqred l-ISIS u kull organizazzjoni oħra li tipprova tagħmel ħsara lill-Istati Uniti.

Obama wiegħed li kien se jagħmel minn kollox biex jipproteġi l-poplu Amerikan u elenka sensiela ta’ miżuri fosthom anki li se tkun reveduta s-sistema kif joħorġui l-visa għall-Istati Uniti wara li nstab li l-mara kienet kisbet visa beix tidħol fil-pajjiż.