Raġel ta’ 27 sena mill-Kosta tal-Ivorju kien arrestat fl-ajurport ta’ Katanja fi Sqallija wara li nqabad li kellu dokumenti foloz. Ir-raġel kien fi triqtu lejn Malta.
Ir-raġel kien arrestat nhar il-Ġimgħa waranofsinhar waqt li kien għaddej mis-sezzjoni tal-kontrolli fl-ajruport. Kien hemmek li l-uffiċjali ndunaw li kellu dokumenti foloz.
Hu rappurtat li r-raġel kien ostili meta l-uffiċjali tal-ajruport bdew jistaqsuh dwar id-dokumenti li kien qed iġorr.
//= $special ?>


