L-istqarrija tal-Partit Laburista tikkonferma kemm Joseph Muscat qas għandu idea ta’ xi tfisser politika trasparenti u ta’ responsabbilta’.
Illum, Simon Busuttil wera kemm il-politika tiegħu hija bbażata fuq l-eżempju, fejn meta sar jaf bl-inkjesta, poġġa lilu nnifsu għad-dispożizzjoni tal-Qorti, u talab lill-Ispeaker biex jissospendi b’effett immedjat lix-xufier.
Fuq in-naħa l-oħra, Joseph Muscat mhux talli ma ħa ebda azzjoni kontra s-Segretarju Parlamentari Ian Borg, iżda talli qas lissen kelma waħda. Dan meta anke l-għaqdiet ambjentali qed jitolbu għar-riżenja ta’ Ian Borg.
Illum il-poplu Malti u Għawdxi għandu konferma oħra tad-differenza bejn iż-żewġ mexxejja politiċi: Simon Busuttil trasparenti u jiddeċiedi, u Joseph Muscat li jaħbi u li jiddefendi lil min qed jiġi investigat għall-korruzzjon
//= $special ?>