Lokali

Żwieġ annullat wara li ma kellhomx x’jaqsmu għal 8 snin

Il-Qorti tal-Familja ddikjarat żwieġ annullat, b’waħda mir-raġunijiet tkun li fi 8 snin, il-koppja qatt ma kellha x’taqsam.

Ir-raġel kien deskritt mill-kunjata bħala ffissat fuq il-vari u l-festi u ma kienx kapaċi jerfa’ r-responsbbiltajiet taż-żwieġ.

Min-naħa tagħha, l-mara tar-raġel spjegat fil-Qorti li matul l-għerusija, ftit li xejn qattgħu ħin flimkien, u ħafna drabi kienu jkunu fil-kumpanija ta’ xulxin.

Qalet li f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet sesswali, ir-raġel kien jagħmel kollox b’nofs qalb u mingħajr entużjażmu, bil-Qorti tiddikjara ż-żwieġ annullat wara li rat il-fatti kollha tal-każ.