Fil-gazzetta ‘in-Nazzjon’ l-ewwel faċċata tibda’ bl-aħbar rigward l-ingann mħabbar mill-Ombudsman f’applikazzjoni għall-izvillupp t’Ian Borg. Infatti l-għadqiet ambjentali qegħdin jitolbu ir-riżenja ta’ Ian Borg.
Fl-ewwel faċċata naraw ukoll kif il-Kap tal-Oppozizzjoni, Simon Busuttil qiegħed imexxi bl-ezempju u l-fatti u mhux bil-kliem biss. L-istorja tibda’ fejn għal darb’oħra Simon Busuttil qiegħed jimxi bl-eżemoji. Naraw ukoll storja li tkomplu fuq paġna numru 3 fejn il-Gvern ma jikkonfermax hux se jinżammu l-ħaddiema kollha tal-Air Malta.
The Malta Indipendent b’ritratt mdaqqas fuq l-ewwel faċċata fejn qed titkellem mix-xena internazzjonali, dwar l-għargħar li laqtu it-Tramuntana tal-Ingilterra, fejn l-aktar reġjun affetwat huwa dak ta’ Cumbria u l-inħawi tiegħu.
Storja oħra li tibda’ fl-ewwel faċċata titkellem dwar il-każ fejn Transport Malta ma sabet l-ebda oġġezzjoni dwar cranes fil-freeport, fil-Port Ħieles, għalkemm hija kienet qalet li dawn il-krejnijiet hemm ċans jaffetwaw il-vjaġġi tal-ajruplani minn Malta, dan minħabba l-inżul u t-tlaja tal-ajruplan.
It-Times of Malta, fl-ewwel faċċata qed titkellem dwar l-akkużi mressqa kontra x-xuffier ta’ Simon Busuttil, fejn dan ċaħad kull akkuża mressqa kontrieh , pero madanakollu The Times of Malta tgħid li Simon Busuttil, b’għemilu qiegħed juri kemm f’kull każ irrid li jkun hemm it-trasparenza u li toħroġ il-verita. Mill-qorti wkoll naraw kif persuna fil-faċilita korretiva ta’ Kordin pruvat taħraq iċ-ċella tagħha u minħabba din l-azzjoni issa ingħatat aktar snin ta’ priġunerija fil-faċilita korettiva ta’ Kordin.
Il-gazzetta l-Orizzont fl-ewwel faċċata nsibu storja rigward l-allegat abbuż mix-xuffier ta’ Simon Busuttil.
//= $special ?>