Lokali

Ekonomija b’xejriet konfliġenti

Informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juri li l-ekonomija esperjenzat tliet xhur oħra ta’ tkabbir pożittiv partikolarment permezz tal-kontribuzzjoni tat-turiżmu u s-servizzi finanzjarji. Minn din l-istess informazzjoni jirriżulta li reġa kien hemm tnaqqis fil-kontributt tal-manifattura lejn it-tkattir tal-prodott gross domestiku.

Fi stqarrija l-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma Parlamentari Mario qed Marco qal li dawn ix-xejriet konflinġenti juru li b’mod ġenerali l-ekonomija Maltija qed tikber b’rata pożittiva iżda mhux is-setturi kollha qed jikbru bl-istess mod, għal-livell li l-kontribuzzjoni tas-settur tal-manifattura qed jonqos.

Il-gvern jidher li qed jinjora l-fatt li l-paga meda fil-manifattura u l-kostruzzjoni naqsu fl-aħħar sentejn u anki l-fatt li madwar 300 ħaddiem se jitilfu xogħlhom mid-De La Rue. Dan minbarra l-fatt li fl-aħħar sentejn żdied in-numru ta’ persuni li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar.

Il-pensjonati li qed isibuha wkoll iktar diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja, il-ħaddiema li qed isofru tnaqqis fil-pagi u l-ħaddiema li qed jtitlfu xogħlhom qed isibuha diffiċli ħafna jassoċjaw mat-ton trijonfalistiku tal-istqarrijiet tal-gvern. Il-PN fl-istqarrija jappella lill-Gvern biex jassigura li t-tkabbirr hu sostnut b’politika fit-tul.