Jinqala argument fuq post tal-parkeġġ vakanti fi Triq il-Kbira San Ġużepp (Strada Rjali) il-Ħamrun.
Għall-ħabta tal-10,30 ta’ filgħodu jinqala argument bejn żewġ xuffiera nisa fuq post vojt tal-parkeġġ. L-argument seħħ fi Strada Rjali il-Ħamrun qrib il-Pjazza ta’ Fra Diegu fil-Ħamrun.
Il-persuna li bgħatitilna l-filmat qalet lil dan il-portal li waqt l-argument persuna passiġiera f’karozza minnhom niżlet mill-vettura biex iżżomm il-parkeġġ vojt. Dan wassal biex iż-żewġ vetturi għalqu karreġġjata tat-Triq San Ġużepp u anke għal xi minuti tat-Triq Cordina Perez, il-Ħamrun.
F’dak il-ħin inżerta li kien hemm żewġ pulizija fl-inħawi li marru fuq il-post biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.
//= $special ?>
