Il-lokalitajiet tal-Imsida u San Ġwann huma importanti biex jitwassal il-messaġġ politiku tal-Partit Nazzjonalista, bħala żewġ lokalitajiet miż-żona fiċ-ċentru tal-pajjiż. Għaldaqstant, l-appell ewlieni lill-partitarji f’dawn il-lokalitajiet huwa biex iħarsu lejn il-Każin tal-Partit bħala l-‘hub’ fil-ħidma politika tagħhom.
Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’Riċeviment li nżamm is-Sibt fil-Każin Nazzjonalista tal-Imsida biex jitfakkar l-40 sena anniversarju mill-ftuħ tal-Każin u waqt l-inawgurazzjoni uffiċċjali t-Tnejn filgħaxija tat-tisbieh tal-Każin tal-PN f’San Gwann.
Huwa kien akkumpanjat mill-Uffiċjali, Deputati u Kandidati tal-Partit, kif ukoll mill-Kunsilliera Lokali taz-zewg lokalitajiet rispettivi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sellem lil diversi membri li servew fil-Kumitati Sezzjonali u anke dawk li għadhom qed isservu huwa qal li b’kontinwità qed jibqqgħu jaraw li l-messaġġ politiku tal-Partit jibqa’ jinxtered fil-lokalità u l-madwar.
Ritratt: Każin PN Imsida

