Internazzjonali

Il-qtil ta’ Kap tal-ISIS fil-Libja kkonfermat mill-Pentagon

Is Libyan beach executioner an American recruit? Experts claim ISIS jihadi spoke with U.S. accent picked up by spending a 'significant amount of time' in the country Militant led beheadings of 21 Egyptian nationals in horrific ISIS video U.S. intelligence chiefs analysing his facial features and speech patterns Experts say he 'sounds like an American' with some Arabic influence

Il-Pentagon tal-Istati Uniti kkonferma li wieħed mill-ogħla kmandanti tal-ISIS kien spiċċa maqtul waqt attakk li l-qawwiet tal-ajru Amerikani kienu wettqu, ix-xahar li għadda, fuq il-belt Libjana ta’ Darnah.

Is-Segretarju għall-Istampa tal-Pentagon, Peter Cook, sostna li l-azzjoni li qatlet lil Abu Nabil, ta’ nisel Iraqi, imxiet mal-pjan li kien tfassal qabel l-ISIS, fit-13 ta’ Novembru, wettaq is-sensiela ta’ attakki terroristiċi li ħallew għexieren ta’ mejtin u midruba f’Pariġi, il-kapitali ta’ Franza.

Jaħsbu li Nabil għamel żmien bħala Gvernatur tal-provinċja ta’ Salah-ad-din, fl-Iraq, qabel kien ittrasferit lejn il-Libja biex imexxi l-fergħa tal-ISIS f’dak il-pajjiż.

Kien hemm ukoll spekulazzjoni li Abu Nadil deher bi priorità fuq filmat ta’ propaganda tal-ISIS fejn hu jinstama’ jhedded lill-Punent. F’dan il-filmat partikolari kienet dehret l-esekuzzjoni ta’ 21 Kristjani Kopti taħt idejn it-terroristi tal-ISIS u li seħħet fuq bajja tal-Libja.

Sadanittant, l-awtoritajiet Amerikani qalu li l-qtil ta’ Nabil għandu jnaqqas il-kapaċità tal-ISIS biex jilħaq l-iskopijiet tiegħu fil-Libja, li jinkludu impenji għar-reklutaġġ ta’ terroristi ġodda.