Illum jiftaħ uffiċjalment Misraħ il-Milied, li din is-sena se jkun ikbar u b’aktar attrazzjonijiet. Din se tkun it-tieni edizzjoni ta’ Misraħ il-Milied, fejn tlett sulari tad-Dar Ċentrali qed ikunu dedikati għal din l-attivita’.
L-attivita’ qed tkun kordinata minn Robert Cutajar u tibqa’ għaddejja sat-13 ta’ Diċembru.
F’Misraħ il-Milied se jkun hemm wirja tal-presperji, ikel u xorb tradizzjonali tal-Milied, stands li minnhom jistgħu jinxtraw oġġetti tal-Milied kif ukoll numru t’attivitajiet oħra tal-Milied, partikolarment Gala Night u serati ta’ divertiment.
Illejla waqt Newsfeed se jkunu qed isiru numru ta’ kollegamenti diretti mid-Dar Ċentrali fejn se titnieda wkoll il-kanzunetta uffiċjali ta’ Misraħ il-Milied bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 100 tifel u tifla.
//= $special ?>

