Festi Knisja Lokali

Illum tiġi ċċelebrata l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

Illum it-8 ta’ Diċembru huwa l-jum li fih il-Knisja Kattolika dinjija tiċċelebra l-festa tal-tal-Madonna mniżla mingħajr ebda dnub tan-nisel, l-Immakulata Kunċizzjoni.

F’Bormla l-Knisja kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni tiċċelebra llum il-festa titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni. Tul il-ġurnata se jkunu għaddejjin ukoll bosta festi esterni u llejla madwar it-toroq Bormliżi se jkun hemm il-purċissjoni bl-istatwa titulari.

F’Malta wkoll hawn żewġ parroċċi oħra bit-titular tal-Immakulata Kunċizzjoni, dawn huma l-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun u dik tal-Ibraġ.

Fir-ritratt il-vara titulari tal-Knisja Parrokjali tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun.